Il-portijiet taghna huma settur essenzjali li jaghti kontribut lill-ekonomija
taghna. L-ewwel nett bhala proveditur ta’ servizz lill-industrija
u ghalhekk is-settur tal-manifattura, u bhala mezz ta’ introjtu
ghall-pajjiz. Il-kompetittivita’ taghhom, imqabbla ma’
da shaqt li filwaqt li mhix l-intenzjoni tal-Gvern li jnaqqas il-livell
tal-ghixien tal-haddiema tax-xatt, irridu nassiguraw li l-portijiet
taghna jsiru dejjem aktar efficjenti u jekk hemm xi prattici ta’
xoghol li llum m’ghadhomx jintuzaw jew jaghmlu sens, dawn
ghandhom jitnehhew jew jinbidlu, kemm jista’ jkun malajr.
Il-process li mexjin fuqu hu wiehed immirat li jsahhah dejjem aktar
is-setturi regolatorji u operattivi ta’ l-attivitajiet li
jsiru fil-portijiet Maltin. Mexxejna ‘l quddiem l-agenda tad-diskussjoni
bejn l-imsiehba socjali – fil-process ta’ liema diskussjoni
twaqqaf il-Kunsill Konsultattiv tal-Portijiet ; l-Istitut Marittimu
gie riorganizzat flimkien ma’ diversi inizjattivi importanti
ohrajn. Issa wasal iz-zmien li nharsu ‘l quddiem u filwaqt
li nistudjaw bir-reqqa is-sitwazzjoni kollha ta’ madwarna,
u nezaminaw l-aspetti ta’ xoghol flimkien ma’ dawk socjali,
niehdu d-decizjonijiet ghall-futur taghna. Decizjonijiet difficili
li izda jridu jittiehdu. Din biss hi t-triq li se tmexxina ‘l
quddiem.
Malta, bis-sahha tal-pozizzjoni geografika taghha, fin-nofs tal-Mediterran,
ghandha kull potenzjal li tizviluppa f’centru ta’ portijiet
fir-regjun. Izda jekk mhux kulhadd jaghraf dan il-potenzjal, u ghalhekk
jikkollabora sabiex nilhqu dawn l-ghanjiet, il-portijiet Maltin
ser jbatu. F’dan ir-regjun il-portijiet taghna ma jezistux
f’izolament izda qeghdin jikkompetu ma’ diversi ohrajn.
Il-Gvern hu determinat li jasal ghall-ghan ahhari tieghu li jkollna
servizzi kompetittivi, kapaci jhabbtuha ma’ dawk ta’
pajjizi ohra. Wara kollox dik hi t-tifsira ta’ kompetittivita’
– kemm ahna kapaci noffru servizz jew prodott tajjeb bi prezz
ragjonevoli.
Biex naslu ghal dan hemm decizjonijiet difficili x’niehdu,
li izda dehlin ghalihom b’kuragg u responsabbilita’
kbira. Nittama biss li dawk li ilhom zmien twil jikkritikaw, issa
jerfghu r-responsabbilita taghhom u kif qieghed jaghmel il-Gvern
jaghrfu t-tibdiliet li hemm bzonn isiru.
Jekk tassew jemmnu bhali li nistghu nsiru iktar kompetittivi f’dan
is-settur ukoll, nemmen li xejn m’ghandu jzommna li nirristrutturaw
u nkomplu nibnu fuq dak li diga hemm.
|