RIVOLUZZJONI
GDIDA FIS-SETTUR TAT-TELEKOMUNIKAZZJONI
minn Censu Galea
Ministru tal-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni
Il-Gvern qieghed fil-process li jiffinalizza l-politika
tieghu fir-rigward ta’ diversi aspetti tas-settur tat-telekomunikazzjoni
li, fl-isfond tal-bidliet globali, jridu jigu applikati wkoll ghal
Pajjizna. Ser tigi mnedija dalwaqt, flimkien mal-Ministeru tal-IT
u t-Teknologija, l-istrategija tal-broadband, u dalwaqt dawk tal-power
line u t-teknologija tal-fixed wireless access. Dan kollu fil-qafas
tal-ligi l-gdida tat-telekomunikazzjoni li pprezentajt lill-Parlament
ftit tal-jiem ilu.
Il-process tal-publikazzjoni tal-politika li se nimxu fuqha, u li
jkopri l-aspetti varji tat-telekomunikazzjoni moderna, gie pprezentat
il-gimgha l-ohra waqt konferenza stampa li ndirizajt flimkien mal-Awtorita’
tal-Komunikazzjoni u li ffukat fuq l-izviluppi li qeghdin isehhu
madwarna llum il-gurnata.
Is-settur tat-telekomunikazzjoni f’pajjizna qieghed ikun kontinwament
aggornat sabiex jirrifletti l-impenn ta’ Malta sabiex naslu
ghal ambjent socjali u ekonomiku bbazat fuq l-informazzjoni. L-izvilupp
importanti tal-liberalizazzjoni tas-settur tat-telekomunikazzjoni,
li kien nieda dan il-Ministeru, qieghed jikkontribwixxi sabiex iwassalna
ghal zvilupp shih fi hdan id-diversi aspetti ta’ dan is-settur.
Din hi c-cavetta sabiex inkabbru l-livelli ta’ produzzjoni
taghna u li tkun ukoll ikomplimentata mit-tishih tal-kompetittivita’
ta’ Pajjizna.
Ghalhekk dan is-settur ghandu rwol strategiku x’jilghab sabiex
ikun f’pozizjoni li jwassal servizzi inovattivi biex jippermettu
lis-socjeta u lill-ekonomija in generali jirrealizzaw il-beneficcji
ta’ socjeta’ moderna bbazata fuq it-tixrid tal-informazzjoni.
Illum Pajjizna jiftahar li l-livell ta’ penetrazzjoni, jew
uzu, tal-broadband, li hi sistema moderna u veloci ghal access fl-
internet, lahaq livell ta’ 7.7%. Dan jaqbez il-medja ta’
pajjizi ohra li ghadhom kemm issiehbu fl-Unjoni Ewropea li ghandhom
livell ta’ 6.1 %. L-istrategija li se jaddotta l-Gvern fil-qasam
tal-broadband se tigi pprezentata dalwaqt, u dan bis-sahha tal-hidma
u konsultazzjoni ma taqta xejn bejn dan il-Ministeru, l-Awtorita’
tal-Komunikazzjoni u l-Ministeru tal-IT u l-Investiment.
Fil-qasam tat-trasmissjonijiet jew xandir digitali, li ukoll hu
aspett gdid fis-settur tat-telekomunikazzjoni, erba’ kumpaniji
diga urew l-interess taghhom sabiex iniedu dawn l-operazzjonijiet
f’pajjizna.
Illum il-gurnata l-uzu tat-telefonija cellulari m’ghadiex
lussu jew kapricc izda bzonn ta’ kuljum. L-uzu kbir ta’
dan is-servizz juri bic-car li eluf ta’ Maltin u Ghawdxin
illum qeghdin jisfruttaw bil-kbir, ghall-ahjar beneficcju taghhom,
kull opportunita gdida li tigi pprezentata lilhom fis-suq tat-telekomunikazzjoni.
F’dan il-qasam tezisti wkoll sistema hafna aktar moderna ta’
kif tithaddem it-telefonija cellulari. Fi kliem tekniku minn sistema
2G (tat-tieni generazzjoni), li qeghda tintuza llum, jehtieg nimxu
ghal dik 3G – tat-tielet generazzjoni. F’dan ir-rigward
l-operaturi lokali huma diga kommessi ghall-bidla tas-sistema l-gdida,
waqt li ohrajn ukoll qeghdin juru nteress.
Zvilupp kontinwu fis-settur tat-telekomunikazzjoni, ikkumplimentat
minn bidliet tekonologici li qeghdin isehhu madwarna ta’ kuljum,
igibulna quddiemna numru ta’ sfidi li jridu jigu ndirizzati.
Dawn huma mhux biss ir-responsabbilita’ tal-Gvern, izda jridu
jingarru wkoll minn dawk li b’xi mod jew iehor ghandhom rwol
importanti hafna f’dan is-settur. Hi r-responsabbilita’
taghna lkoll li nassiguraw li jkollna suq gust u kompetittiv, li
fl-istess hin johloq bilanc bejn l-interessi tal-konsumatur, u dawk
ta’ min qieghed jinvesti.
Din hi t-triq li ghadna quddiemna; triq li tindikalna bl-aktar mod
car il-prioritajiet taghna bhala pajjiz. Dawn ukoll huma essenzjali
sabiex insahhu l-kompetittivita’ ta’ Pajizna, ghaliex
kull element hu vitali biex nilhqu dan il-ghan. Il-kompetittivita
hi ta’ prijorita ghall-Gvern, ghax gharafna li Pajjizna kapaci
jahtaf u jisfrutta l-opportunitajiet kollha li jigu pprezentati
lilu biex juzahom ghall-ahjar tieghu.
Din hi l-politika taghna, u fuq dan qeghdin inkomplu nahdmu sabiex
dejjem naghtu lill-poplu taghna dak li jisthoqqlu bhala nazzjon.
|