IL-KOMPETITTIVITA’
– RESPONSABBILITA
TAGHNA LKOLL
minn
Censu Galea
Ministru tal-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni
Filwaqt li l-Gvern f’kollaborazzjoni mill-vicin mal-protagonisti
socjali u ekonomici ewlenin ta’ pajjizna, determinat fuq l-importanza
nazzjonali tal-kompetittivita’, jehtieg li nifhmu li dan il-kuncett
ghandu jitqies bhala prijorita minn kulhadd, u mhux minn ftit individwi
jew organizazzjonijiet biss.
L-industrija, n-negozji zghar u medji, is-settur pubbliku u dak
privat huma kollha elementi fundamentali sabiex jassiguraw li dawn
l-ghanjiet jintlahqu, sabiex b’hekk Pajjizna jimxi ‘l
quddiem fil-prosperita tieghu u jitkattar il-gid ekonomiku. Il-gvern
qieghed jaghmel il-parametri tieghu u jtihom l-akbar importanza
fil-hidma politika u nazzjonali tieghu: tnaqqis fid-deficit, ikkumplimentat
minn ezercizzju ta’ kontabilita, hu l-bazi li jwassal ghal
suq intern kompetittiv.
Filwaqt li l-Gvern ghandu r-responsabilita ewlenija li jara li dawn
il-parametri jiehdu prijorita’ fl-agenda ta’ pajizna,
hu tabilhaqq in-nazzjon kollu li jrid jaddotta u jimplimenta dawn
il-kuncetti. Il-kompetittivita’ teffetwa s-socjeta’
fil-livelli kollha taghha, u ghalhekk il-kontribut u d-determinazzjoni
ta’ kull min ghandu interess dirett, iwassal ghas-success
individwali tieghu, li meta jitpogga flimkien ma’ ta’
ohrajn jinhass mal-pajjiz kollu kemm hu. Dawn il-prijoritajiet gew
elenkati kemm il-darba mill-Prim Ministru Gonzi u l-Gvern imbarka
mill-ewwel sabiex jassigura li dawn l-ghanjiet jintlahqu.
Ma nistawx naccettaw aktar li filwaqt li l-Gvern qieghed jaghmel
l-almu tieghu kollu possibli sabiex itejjeb l-ambjent ta’
madwarna, il-kultura li r-rimi ta’ skart domestiku fil-kampanja,
toroq u postijiet ohra pubblici tigi ttolerata. Il-burokrazija li
ghadha tezisti f’certu istituzzjonijiet nazzjonali fejn il-konsumaturi
jirrikoru sabiex jircievu servizz ma tistax tithalla aktar. Il-Gvern
identifika dan il-punt izda jehtieg ukoll li jkun hemm bidla kulturali
interna li tibda mid-diretturi, kapijiet ta’ dipartimenti
u l-impjegati taghhom rispettivament.
Lanqas nistghu inhallu lil pajjizna jaccetta prattici ta’
xoghol li ilhom li spiccaw zmien twil, izda nhalluhom hemm ghax
hekk titlob it-tradizzjoni. Jekk hemm bzonn ta’ bidliet, dawn
ghandhom isiru u bosta minnhom diga bdew. Ezempju ta’ dan
hi r-riforma fil-portijiet. Wasal iz-zmien li kulhadd jaghraf li
l-uzu ta’ l-istandards huma ta’ vantagg kbir fil-provizjoni
ta’ servizzi u/jew prodotti. Wasal iz-zmien li nirrealizzaw
li l-konsumatur Malti jew barrani, ihallas il-flus sabiex jiehu
l-ahjar kwalita’.
Jehtieg li naghrfu li billi nzommu prezzijiet ezagerati ghal servizzi
jew prodotti ta’ standard baxx, fl-ahhar mill-ahhar hu l-pajjiz
li jiehu reputazzjoni hazina, bil-konsegwenza li ninqatghu barra
mill-isfera kompetittiva meta nikkomparaw ma’ pajjizi ohra.
It-turizmu ghadu servizz vitali ghal pajjizna li jiggenera dhul
ekonomiku kbir. Mat-turist ma nghixux individwalment izda kollha
kemm ahna, ghaliex dak li jibbenefika minnu pajjizna, nibbenefikaw
minnu int u jien.
Fuq kollox, wasal iz-zmien li nifhmu li iva, il-Gvern qieghed imexxi
‘l agenda politika li jrid jimplimenta ghax-xhur u s-snin
li gejjin. Izda fir-responsabiltajiet, il-kapacitajiet u l-ambjenti
taghna jehtieg li naghrfu li z-zminijiet qeghdin jinbidlu, u aktar
ma nipproducu u nipprovdu servizz ta’ kwalita’ gholi
bi prezz ragjonevoli u kompetittiv, Pajjizna jista’ jkun f’pozizzjoni
li jkun kompetittiv fid-diversi setturi li jmiss maghhom filwaqt
li jkollna success fl-ghan komuni taghna ghal ekonomija dinamika
li twassalna ghal prosperita’ ekonomika.
Il-Ministeru tal-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni diga mbarka
fuq serje ta’ inizjattivi li ghandu sabiex immexxu ‘l
quddiem dawn il-prijoritajiet. Fil-limitazzjonijiet geografici taghna,
ghandna rizorsi umani li kapaci jaghtu hafna, u qatt ma kellna xejn
inqas minn haddiehor. Tul iz-zminijiet kemm-il darba tajna xhieda
ta’ dak li nistghu naghtu. Trid titnissel biss din il-bidla
fil-kultura ta’ kulhadd, li Pajjizna llum qieghed jghix realtajiet
godda li jrid jisfrutta ghall-ahjar beneficcju tieghu. L-Unjoni
Ewropea qeghda hemm sabiex politikament, socjalment, ekonomikament
u kulturalment nikbru fiha. Dak li qeghdin naghmlu llum ser ihalli
r-rizultati tieghu fiz-zmien vicin. Il-futur qieghed jistenniena.
|