Zvilupp
marittimu fin-naha ta’ fuq ta’ Malta
minn
Censu Galea
Ministru ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni
Il-Gvern bhalissa qieghed ihejji studju dettaljat biex
fil-futur qarib iniedi progett gdid ghal Yacht Marina fin-naha ta’
fuq ta’ Malta. Dan l-istudju li jidentifika il-bajja tax-Xemxija
bhala l-aktar post adattat ghal dan l-izvilupp, hu sforz tal-hidma
kontinwa mill-Gvern Nazzjonalista biex jaghti spinta lin-naha ta’
fuq ta’ Pajjizna, u wara l-esperjenza pozittiva ta’
yacht marinas ohrajn jaddotta l-istess strategija ghal dan ir-regjun.
Il-potenzjal ta’ pajjizna fil-qasam marittimu hu wiehed kbir.
Il-pozizzjoni geografika taghna bhala gzira mdawra bil-bahar, f’nofs
il-Mediterran, taghtina l-ghodda kollha necessarji sabiex tassew
nizviluppaw lil Malta bhala centru marittimu fis-setturi kollha,
filwaqt li nzidu fil-kompetittivita’ taghna bhala pajjiz f’dan
il-qasam.
B’dan f’mohhna, kemm il-Ministeru Tal-Kompetittivita’
u Komunikazzjoni li hu direttament responsabbli ghall-affarijiet
marittimi flimkien mal-Awtorita’ Marittima Maltija, ghandhom
l-intenzjoni li jmexxu ‘l quddiem dan il-koncett importanti
u nahdmu bis-shih, ghall-izvilupp ta’ progett marittimu fix-Xemxija.
Yacht marina f’dawn l-inhawi ma sserviex biss bhala attrazzjoni
gdida ghas-sidien ta’ dghajes u yachts, mghammra b’facilitajiet
moderni ghall-uzu taghhom, izda sservi wkoll bhala kontribut addizzjonali
ghall-ekonomija ta’ pajjizna. Aktar u aktar la jsir l-zvilupp
f’din iz-zona, awtomatkament jigi affetwat b’mod pozittiv
ir-rigenerazzjoni u l-valur tal-inhawi ta’San Pawl il-Bahar,
ix-Xemxija u l-Mellieha fost l-ohrajn. Kif qal il-Prim Ministru
Lawrence Gonzi stess, l-izvilupp tal-yacht marina tal-Kottonera,
ghenet bis-shih ir-rigenerazzjoni tal-attivita’ ekonomika
u socjali fl-inhawi tal-madwar, u hekk ukoll ghandu jaghmel dan
il-progett gdid.
Id-domanda ghal yacht marinas ezistenti hu wiehed kbir hafna, mhux
biss lokalment izda wkoll minn barranin li jzuru pajjizna. Din id-domanda
qeghda tizdied u qieghed jizviluppa suq gdid, dak li nirreferu ghalih
bhala niche market, fi hdan is-settur turistiku Malti. Jehtieg ghalhekk
nimxu ma’ dawn iz-zminijiet u nwettqu l-bidliet li hemm bzonn
biex inlahhqu man-necessitajiet tal-llum. Dan billi noffru l-aktar
pakkett ta’ kwalita’ gholja izda bi prezz ragonevoli
lil min irid jaghmel uzu mis-servizzi li joffri pajjizna.
Il-Kompetittivita’ tezisti hawn ukoll. Ma nistghux nibqghu
lura, izda rridu ninbidlu maz-zminijiet u nassiguraw ruhna li qeghdin
ma’ ta’ quddiem. Ir-realta’ tal-Unjoni Ewropea
fethet hafna possibilitajiet godda u pozittivi ghal pajjizna li
minnhom successi biss nistghu niehdu. Jehtieg ghalhekk li nisfruttawhom
sal-massimu taghhom ghall-beneficcju taghna lkoll, u fl-interess
ta’ pajjizna.
Dan kollu hu biss il-bidu tal-qafas ta’ strategija ghal zvilupp
aggornat u kontinwu fil-qasam marittimu taghna. Perswaz li hekk
kif jintemmu l-istudji kollha u l–Awtorita’ Marittima
Maltija tohrog l-applikazzjonijiet ghall-offerti, ikun hemm interess
kbir ghall-izvilupp ta’ dan il-progett, u nhares b’ottimizmu
‘l quddiem ghal meta dan isehh.
Habbart ftit tal-gimghat ilu riforma fil-portijiet
taghna. Riforma, li se tkun ikkritika minn hafna. Dawn izda huma
l-hafna li ghandhom interessi diretti li huma differenti minn dawk
nazzjonali. Wasal iz-zmien li naghmlu tassew mill-portijiet taghna,
centri kompetittivi li jistghu ihabbtuha ma’ portijiet ohra
Mediterranji u Ewropej. Wasal iz-zmien li ssehh bidla fil-mentalita
u l-kultura ta’ dawk li jipprovdu s-servizzi billi jaghrfu
li ghandhom joffru l-ahjar servizz, bl-aktar prezz kompetittiv.
Din hi l-politika tal-Gvern prezenti. Irridu nassiguraw li hadd
ma jfixkilna jew izommna lura milli nwettquha.
|