BIT-TNEHHIJA TAL-LEVIES QED TGAWDI INT

Il-konsumatur u l-kompetizzjoni huma zewg realtajiet li jikkumplimentaw lil xulxin. Wiehed ma jistax jghix minghajr l-iehor. It-tnehhija tal-levies minn fuq diversi kategoriji ta’ prodotti essenzjali li jintuzaw mill-familji Maltin u Ghawdxin ta’ kuljum, ipprovda lill-konsumaturi taghna b’ambjent hafna aktar kompetittiv fi hdan is-suq taghna. Tkellimt fuq dan meta zort ghall-ewwel darba b’mod ufficjali lid-Divizjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni li issa jaqa’ taht ir-responsabbilita’ diretta tal-Ministeru tieghi.

Meta ndirizzajt lill-membri tal-istampa fi tmiem iz-zjara, ghamilt emfazi fuq it-tnehhija tal-levies. Din hi realta’ li qeghda ssehh madwarna. Dan hu fatt. Huma hafna n-nisa tad-dar u familji li niltaqa’ maghhom ta’ kuljum u li jesprimu s-sodisfazzjon taghhom li llum qeghdin igawdu rohs kbir fil-prezzijiet.

Numru kbir ta’ oggetti essenzjali, fil-parti l-kbira taghhom ikel u xorb, kellhom trahhis drastiku, xi whud sahansitra bi tnaqqis ta’ 60% fuq il-prezz ta’ April. Dan minbarra numru iehor kbir ta’ prodotti li bdew jigu mportati hawn Malta ghall-ewwel darba.

Dejjem shaqt li, b’rizultat ta’ dan l-ezercizzju, minbarra li l-familji Maltin qeghdin igawdu minn livell ta’ ghixien ahjar, assigurajna li noholqu l-aktar ambjent addattat ghall-konsumaturi taghna. Dan jikkomplimenta l-politika tal-Ministeru tieghi biex tkompli tissahhah il-livell ta’ kompetizzjoni bejn in-negozji taghna. Dan huwa wkoll parti essenzjali mill-kompetittivita ta’ pajjizna – wahda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Gvern Nazzjonalista.

Qabel ma pajjizna, bis-sahha tal-Gvern prezenti ssieheb fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern kien jaghti licenzja specifika ghal kull prodott importat, u li kien segwit mill-introduzzjoni tal-levies sabiex jissalvagwardjaw il-produzzjoni lokali. Dan kien aktar minn 10 snin ilu. Illum il-produtturi u manifatturi lokali rnexxielhom jimmodernizzaw u jimplimentaw bidliet biex jilqghu ghall-kompetizzjoni ta’ madwarhom. Hu b’rizultat ta’ dan li llum qeghdin nghixu fir-realta’ ta’ prodotti ahjar bhala kwalita’, u orhos bhala prezz li minnhom qeghdin nibbenefikaw int u jien.

Il-Partit Laburista mill-banda l-ohra l-ewwel ghajjarna li l-prezzijiet mhux se jorhsu, u issa qed jghid li rahsu. Filli jinsisti li hemm bzonn ikollna kompetizzjoni b’sahhitha, u mbaghad f’daqqa wahda jghid li ghandna noqghodu attenti mill-kompetizzjoni. Imma dawn jafu xi jridu?!

Il-fatti li ma nistawx naharbu minnhom u kburin li rnexxielna nakkwistaw huma li llum il-konsumatur Malti qieghed jghix livell ta’ hajja hafna ahjar:

· prezzijiet kompetittivi;
· trahhis drastiku bit-tnehhija tal-levies;
· assigurazzjoni ta’ kwalita’ u
· firxa ta’ prodotti aktar wiesa’ fis-suq

Jien bhala Ministru direttament responsabbli, fost diversi affarjiet ohra, mill-konsumatur, kommess li nibqa’ miexi f’din il-politika u nara li tigi implimentata. Ghax il-konsumatur hu l-qofol ta’ kollox ghall-ekonomija u l-fatt li jghix tajjeb fi hdan suq kompetittiv u ta’ prijorita’ ghalina bhala nazzjon.