INTERVENT IMMEDJAT MILL-MINISTERU TAL-KOMPETITTIVITA’ U KOMUNIKAZZJONI U D-DIVIZJONI TAL-KONSUMATUR U KOMPETIZZJONI FUQ ZIDIET MHUX MIFTIEHMA

Date: 5/8/2004
Issued On: 5/8/2004

Id-Divizjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni fi hdan il-Ministeru tal-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni rceviet xi rapporti li certi furnara madwar Malta u Ghawdex, minbarra li applikaw iz-zieda ta’ centezmu fuq il-prezz tal-hobza Maltija, kemm dik kbira u kif ukoll zghira, u kif miftiehem wara diskussjonijiet mal-Assocjazzjoni tal-Furnara, applikaw din iz-zieda fuq prodotti tal-hobz ohrajn, bhal panini, ftajjar u bziezen.

Wara li saru dawn ir-rapporti, minnufih il-Ministeru tal-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni u d-Divizjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni kellhom diskussjonijiet ma’ l-Assocjazzjoni tal-Furnara sabiex din iz-zieda, li ma kienitx miftiehma, titnehha minnufih.

Fil-fatt wara qbil bejn iz-zewg partijiet, l-Assocjazzjoni tal-Furnara illum stess qed tavza lill-membri taghha sabiex ma japplikaw l-ebda zieda fil-prezz fuq prodotti tal-hobz li ma kien hemm l-ebda ftehim fuqhom.

Il-Ministeru tal-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni u d-Divizjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni jerga jishaq li b’effett mill-llum il-hobza Maltija kbira u zghira biss oghlew b’centezmu, u f’kaz ta’ diffikulta’ il-konsumatur hu mfakkar li jista’ jcempel lid-Divizjoni tal-Konsumatur fuq Freephone 80074400.