IT-TELEKOMUNIKAZZJONI F’PAJJIZNA GHADDEJA MINN RIVOLUZZJONI LI GHADA MA WAQFITX

Date: 4/8/2004
Issued On: 4/8/2004

Il-Ministru Censu Galea jikkumenta ghall-Istatistika ppublikata llum fuq Socjeta’ bbazata fuq l-Informazzjoni


Il-Ministeru ghall-Kompetittivita u Komunikazzjoni jaghmel riferenza ghall-istatistika mahruga llum mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika rigward l-uzu tal-internet, cable television u komunikazzjoni minn linji fissi u celllari, u jinnota b’sodisfazzjon ix-xejriet pozittivi li qieghed igawdi minnu s-settur tat-telekomunikazzjoni.

B’reazzjoni ghal din l-istatistika, il-Ministru responsabbli mis-settur tat-telekomunikazzjoni Censu Galea qal li, “Il-poplu jaghraf li t-tekonologija tal-komunikazzjoni, minbarra li qeghda tigi aggornata ta’ kuljum f’Pajjizna, qeghda wkoll tintuza dejjem aktar bhala ghodda indispensabbli ghall-hajja. Dan grazzi ghall-liberalizazzjoni tas-settur li kien ta’ gid kbir, kemm biex it-telekomunikazzjoni f’Pajjizna jissahhah, u kif ukoll biex sar aktar kompetittiv. Bis-sahha ta’ hekk gejna esposti ghal bidliet kbar fis-servizzi li konna qeghdin naghmlu uzu minnhom u aggornajna ruhna mal-ahhar zviluppi f’pajjizi ohra madwar id-dinja. Ghalhekk il-kritika ta’ dawk li kienu kontra dan il-process, illum kienet zbaljata tant, li dan is-settur qieghed ihalli r-rizultati mixtieqa.”

Id-tnedija ta’ dokument konsultattiv f’dawn l-ahhar jiem dwar ix-xandir digitali, it-telefonjija tat-tielet generazzzjoni (3G) u l-fixed wireless access, kollha jiffurmaw parti mir-rivoluzzjoni teknologika fis-settur tat-telekomunikazzjoni li qeghda ssehh madwarna, u li l-Gvern kommess li jgawdi minnha l-konsumatur Malti wkoll.

Ta’ min jinnota li z-zieda ta’ 0.2 miljun minuta jew 5.1% ta’ telefonati internazzjonali juri li l-bidla fit-tariffi hekk kif approvati mill-Awtorita Maltija tal-Komunikazzjoni, halliet l-effett mixtieq b’mod partikolari fuq is-settur tan-negozju. Dan ifisser li l-ispejjez tan-negozjanti u l-industrijalisti, f’dak li jirrigwarda komunikazzjoni, naqsu sabiex jghinhom ikunu aktar kompetittivi fl-operat taghhom. Minn naha l-ohra, l-uzu tal-VOIP zdied, u jfisser li hafna familji li qabel ma kienux jaghmlu telefonati barra minn Malta, b’mod partikolari lill-qraba taghhom, illum qeghdin jaghmlu uzu tajjeb minn dan is-servizz. Jidher car ukoll li llum il-poplu Malti m’ghadux jara it-telefonija cellulari bhala kapricc, izda sar juzah tant li dan zdied b’7.7% fuq is-sena ta’ qabel. Indikazzjoni ohra hi li l-poplu qieghed juza dejjem aktar it-telefon cellulari minflok dak fiss sabiex jaghmel kuntatt telefoniku.

Dan kien grazzi ghall-politika ta’ dan il-Gvern li joffri ghazla akbar ta’ min jipprovdi servizz, biex wasal ghal suq kompettitiv li joffri vantaggi kbar lill-konsumatur. Hawnhekk ukoll, il-kritika kontra din l-inizjattiva sfumat fix-xejn b’dawn ix-xejriet pozittivi.

“Is-settur tat-telekomunikazzjoni, jifforma parti essenzjali mill-prodott gross domestiku ta’ Pajjizna,” ikkumenta l-Ministru Censu Galea u “filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li ghandhom sehem dirett f’dan is-settur, il-Gvern huwa kommess li l-uzu tat-telekomunikazzjoni f’Pajjizna dejjem ikompli jizdied u jsir aktar acessibbli.”