BZONN
URGENTI SABIEX LABORATORJI MALTIN JINGHATAW CERTIFIKAZZJONI TA’
KREDIBILITA’ U KOMPETENZA
Date: 30/7/2004
Issued On: 30/7/2004
L-ewwel akkreditament tal-laboratorju ta’
l-“Institute of Water Technology” fi hdan il-Korporazzjoni
ghas-Servizzi ta’ l-ilma
Il-Ministeru Ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni
flimkien mal-Bord ta’ Pariri fuq Akkreditament fi hdan id-Direttorat
ta’ Akkreditament ta’ l-Awtorita’ Maltija dwar
l-iStandards approva li jinghata l-akkreditament lil-laboratorju
ta’ l-“Institute of Water Technology” li jopera
fi hdan il-“Water Services Corporation”.
Dan il-laboratorju Malti, immexxi kompletament
minn Management u haddiema Maltin, qed jigi akkreditat, jigifieri
lahaq standard internazzjonali – standard li jfisser li l-laboratorju
ghandu l-kredibilta’ u l-kompetenza kollha mehtiega biex iwettaq
testijiet fuq il-kwalita’ ta’ l-ilma. Dan ifisser ukoll
li issa dan il-laboratorju jista jistqarr li hu kompetenti daqs
laboratorji ohra barranin.
Il-process ta’ akkreditament kien ifisser
li l-laboratorju kellu jghaddi minn ezami ghal kompetenza u ghal
konformita’ biex jissodisfa l-htigijiet ta’ l-istandard
internazzjonali MSA ISO/IEC 17025 u regolamenti nazzjonali stabiliti
mid-Direttorat ta’ l-Akkreditament ta’ l-Awtorita’
Maltija dwar l-iStandards. Din il-valutazzjoni tmexxiet minn assessuri
esperti u indipendenti li hadmu taht 1-awtorita tad-Direttorat.
Waqt il-valutazzjoni gew iccekkjati s-sistema manigerjali tal-laboratorju,
il-kompetenza ta’ l-istaff, l-apparat li jintuza biex isiru
t-testijiet, il-metodi li jintuzaw, kif ukoll jekk l-ambjent fejn
isiru t-testijiet hux adekwat.
Il-Ministeru Ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni
filwaqt li jinsab sodisfatt bil-progress li qed isir ghal dak li
ghandu x’jaqsam ma’ kwalita’ ta’ servizzi
offruti gewwa Malta, bil-ghan li nirbhu parti ohra mill-isfida “kompetitivita’”
jappella lil aktar laboratorji sabiex japplikaw ghal dan il-process
ta’ certifikazzjoni. “Huwa ta importanza nazzjonali
li aktar laboratorji jigu akkreditati – dan ikun ta’
beneficcju kemm ghall-industriji kif ukoll ghal klijenti individwali.
Jekk wiehed iqis x’tip ta’ laboratorji hawn fil-pajjiz
mill-ewwel wiehed jinduna li kulhadd xi darba jew ohra se jkollu
bzonn juza s-servizz ta’ laboratorju,” ikkummenta l-Ministru
Censu Galea.
Dawn id-diversi laboratorji jaghmlu xoghol siewi
hafna, fosthom:
• testijiet fuq ikel,
• testijiet fuq materjali bhal konkos,
• kalibrar ta’ instrumenti,
• testijiet fuq demm u testijiet ohra medici,
• testijiet forensici,
• testijiet fuq prodotti biex jigi zgurat li dawn huma ta’
kwalita’ tajba,
• testijiet li ghandhom x’jaqsmu ma’ ambjent bhal
testijiet ta’ arja u ta ilma ta drenagg,
• testijiet li jsiru biex jigi stabillit jekk l-ilma bahar
huwiex tajjeb ghallghawn u
• testijiet ta’ natura ohra.
Id-Direttorat ta’ l-Akkreditament ta’
l-MSA huwa l-uniku Korp Nazzjonali ta’ Akkreditament rikonoxxut
f’Malta u l-uniku korp li jista’ johrog certifikati
ta’ akkreditament. Dan id-Direttorat huwa membru shih f’ghaqda
li tigbor fiha il-Korpi ta’ Akkreditatment kollha Ewropej
(European Cooperation for Accreditation). L-ghan ewlieni ta’
din l-ghaqda huwa li jigi iffirmat ftehim maghruf bhala “Multi-Lateral
Agreements” fejn kull pajjiz jiddikjara li lest li jaccetta
r-rizultati mahruga minn laboratorji akkreditati mill-pajjizi firmatarji.
Dan ifisser li jekk ikollna laboratorji akkreditati gewwa Malta
ma jkunx hemm bzonn li jsiru testijiet jew kalibrar barra minn Malta
u hu ta’ beneficcju kbir ghall-Industrija Maltija.
Il-process ta’ akkreditament huwa wiehed
kontinwu, fejn kull sena id-Direttorat jaghmel vizta fuq is-sit
biex jizgura li l-laboratorju ghadu jikkonforma fuq bazi permanenti
mal-htigijiet ta’ akkreditament u ma l-iStandard.
Ghalhekk huwa ferm importanti li wiehed iserrah
mohhu li r-rizultat li jinghata minn laboratorju ikun wiehed ta’
min jorbot fuqu u li hareg minn laboratorju li kellu l-kompetenza
li jaghmel dak ix-xoghol. Dan is-serhan ta’ mohh, li juri
l-kompetenza ta’ laboratorju, jigi milhuq wara l-process ta’
akkreditament. Ghalhekk hemm bzonn izjed li aktar laboratorji Maltin
jghaddu mill-process ta’ akkreditament. Huwa ferm importanti
li l-klijenti, kemm jekk organizzazjoni jew persuna individwali,
jaghrfu li jaqblilhom juzaw is-servizz ta’ laboratorju akkreditat.
L-akkreditament igib mieghu certi responsabiltajiet
fuq il-laboratorju. Izda igib mieghu wkoll numru kbir ta’
beneficcji l-aktar ir-rikonoxxenza li ghandu l-kredibilta’,
l-kompetenza u l-professjonalita’ mehtiega u li c-certifikati
mahruga jkunu ta’ valur u jkunu rikonnoxxuti mis-suq internazzjonali.
Il-process ta’ akkreditament ighin ukoll biex kull sena l-laboratorju
ittejjeb l-operat tieghu.
Ta’ min isemmi wkoll li certi Direttivi ta’
l-Unjoni Ewropea jitolbu li laboratorji jkunu akkreditati. Dan l-aktar
li jikkoncerna s-settur ta’ l-ikel. Kulhadd jaf kemm huwa
mportanti li l-ikel ikun ittestjat sew ghal-mard kemm qabel kif
ukoll waqt li dan ikun fis-suq. Ghalhekk bhalissa tinhass htiega
kbira fil-pajjiz li jkun hawn laboratorju akkreditat li joffri testijiet
lil dan is-settur li bhalissa m’hawnx.
Ic-certifikat ta’ akkreditazzjoni gie approvat
u ffirmat illum mill-Ministru Censu Galea u l-Inginier Francis Farrugia,
Chairman tal-Awtorita’ Maltija tal-Istandards.
|