Problemi relatati mar-regoli tas-suq intern issa jistghu jissolvew bla dewmien permess tac-Centru Solvit

Date: 17/11/2004
Issued On: 17/11/2004

Problemi relatati mar-regoli tas-suq intern issa jistghu jissolvew bla dewmien permezz tac-Centru Solvit

Malta hija mpenjata bis-shih li tara li l-ligijiet tas-suq intern ikunu qed jigu mplimentati kif suppost ghall-beneficcju tal-Maltin kollha. Dan qalu il-Ministru Ghall Kompetittivita’ u Komunikazzjoni Censu Galea meta kien qed inhiedi Ic-Centru Solvit ta’ Malta .

Meta kien qed jaghti dettalji dwar dan ic-centru, il-Ministru Galea qal li SOLVIT huwa network bejn l-istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropeja, fejn dawn jistghu jahdmu flimkien biex b’mod prattiku jsolvu problemi li jirrizultaw mill-applikazzjoni hazina tal-ligijiet tas-suq Intern min-naha ta’ l-awtoritajiet pubblici.

Hemm Centru SOLVIT f’kull wiehed mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (kif ukoll fin-Norvegja, fl-Islanda u l-Liechtenstein). Ic-Centri SOLVIT jistghu jghinu fil-gestjoni ta’ l-ilmenti kemm tac-Cittadini kif ukoll tan-negozji. Meta kien qed jaghti dettaji lill gurnalisti, il-Ministru ghall Kompetittivita’ u Kompetizzjoni qal li dawn ic-Centri huma parti mill-amministrazzjoni nazzjonali u huma impenjati sabiex jaghtu soluzzjonijiet reali ghall-problemi li jinqalghu f’mhux aktar minn ghaxar gimghat. Dan is-servizz huwa bla hlas.

Hu qal li dan in-network beda jopera madwar l-Ewropa f’Lulju 2002 wara rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Dicembru 2001 u izjed tard l-adozzjoni tal-Kunsill ghas-Suq Intern f’Marzu 2002 u f’Malta dan ic-centru beda jahdem fl-ahhar gimghat. Filwaqt li jigi mhaddem mill-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi l-facilitajiet u, fejn ikun mehtieg, toffri ghajnuna sabiex tithaffef is-soluzzjoni tal-problemi. Hija tghaddi wkoll xi whud mill-ilmenti formali li tircievi lis-SOLVIT fejn ikun hemm possibilta’ kbira li dik il-problema tigi solvuta minghajr azzjoni legali.

Fejn jista’ jghin is-SOLVIT

Is-SOLVIT jittratta problemi transfruntiera li jikkoncernaw applikazzjoni possibilment hazina tal-ligi ta’ l-UE li jinholqu bejn negozju jew cittadin fuq naha u awtorita’ pubblika nazzjonali fuq l-ohra L-oqsma li s-SOLVIT trattat l-aktar s’issa huma:-

• Ir-rikonoxximent tal-kwalifici professjonali u d-diplomi,
• L-access ghall-edukazzjoni,
• Il-permessi ta’ residenza,
• Id-drittijiet tal-vot,
• Is-sigurta’ socjali,
• Id-drittijiet tax-xoghol,
• Ir-registrazzjoni tal-licenzji tas-sewqan,
• Il-kontroll fuq il-fruntieri,
• L-access ghas-suq tal-prodotti,
• L-access ghas-suq tas-servizzi,
• Min jahdem ghal rasu,
• L-appalti pubblici,
• It-taxxa, u
• Il-moviment hieles tal-kapital jew tal-pagamenti.

Is-SOLVIT jikkunsidra kull kaz li jissodisfa l-kriterji ta’ hawn fuq. Madanakollu, peress illi s-SOLVIT huwa metodu informali ta’ kif jigu rizolti l-problemi dan m’ghandhux jintuza f’sitwazzjonijiet fejn diga’ jkunu nbdew proceduri legali. Aktar minn hekk, s-SOLVIT ma jikkoncernax problemi bejn negozji jew bejn negozji u konsumaturi.

Kif jahdem is-SOLVIT

Meta kien qed jaghti dettalji dwar kif jiffunzjona ic-centru Solvit, il-Ministru Censu Galea qal li meta cittadin jew negozju jissottometti kaz lic-Centru Lokali tieghu (maghruf bhala c-Centru SOLVIT “ta’ l-Origini”) u jigi stabbilit li l-kaz verament jikkoncerna misapplikazzjoni tar-regoli tas-Suq Intern, il-kaz jintbghat awtomatikament (permezz ta’ database fuq l-Internet) lic-Centru SOLVIT fl-Istat Membru l-iehor fejn il-problema tkun grat (maghruf bhala c-Centru SOLVIT “Ewlieni”).

Iz-zewg Centri SOLVIT involuti mbaghad jahdmu flimkien sabiex fi zmien ghaxar (10) gimghat tinstab soluzzjoni ghall-problema fejn il-klijent jinzamm infurmat bl-izviluppi fuq il-kaz tieghu kif ukoll dwar is-soluzzjoni proposta mic-Centru SOLVIT Ewlieni.

Is-SOLVIT huwa mekkanizmu ta’ rizoluzzjoni alternattiva tal-konflitti. Huwa jahdem aktar malajr milli kieku jsir ilment formali. Jekk ma tinstabx soluzzjoni ghall-problema, jew fil-kaz li s-soluzzjoni proposta mhix accettabli ghall-klijent, wiehed xorta jkun jista’ jiehu passi legali f’qorti nazzjonali jew jaghmel ilment formali mal-Kummissjoni Ewropea.

Organizzazzjonijiet assocjati

Organizzazzjonijiet rapprezentattivi, bhall-Assocjazzjonijiet tal-Kummerc, Kmamar tal-Kummerc, Membri tal-Parlament Ewropew, Assocjazzjonijiet tal-Konsumaturi kif ukoll Ambaxxati, jistghu jissiehbu man-network tas-SOLVIT u jkollhom il-possibilita’ li jdahhlu l-kazijiet direttament fuq id-database f’isem il-klijenti jew kostitwenti taghhom.

Centru SOLVIT Malta

Bhall-Istati Membri kollha, Malta issa ghandha ic-Centru SOLVIT taghha. Dan ic-Centru gie stabbilit fid-Divizjoni tal-Kummerc u huwa operat mid-Direttorat ghall-Intraprizi Zghar u Artigjanat. L-ufficjali inkarigati minn dan ic-Centru jattendu ghall-tahrig apposta organizzat mill-Kummissjoni Ewropea.

Fil-gimghat u xhur li gejjin, id-Direttorat ser jahdem biex b’mod mill-aktar wiesgha jippromwovi dan ic-Centru biex il-pubbliku Malti u negozji Maltin ikunu jistghu jaghmlu uzu minn dan is-servizz. Fil-fatt is-servizz diga beda jintuza fejn gew registrati numru ta’ kazijiet li mhux kollha nstab li jikkwalifikaw skond il-kriterji tan-network.

Il-promozzjoni ta dan ic-centru ser tinvolvi wkoll lill- Organizzazzjonijiet rapprezentattivi ta’ cittadini u negozji Maltin. Fi zmien li gej dawn ser jigu avvicinati mid-Direttorat biex jigi spjegat lilhom l-objettiv ta’ dan in-Network u l-opportunita’ li dan itihom biex b’mod effettiv iwasslu l-ilmenti tal-membri taghhom.

Gie mahsub ukoll biex ic-Centru Malti ikollu is-sapport kollu mehtieg minn naha ta’ l-Amministrazzjoni Pubblika biex ikun jista’ jaghti servizz efficjenti. Ghal dan il-ghan il-Ministeri differenti hatru persuna li tista sservi ta’ kuntatt f’din is-sistema.

Ic-Centru SOLVIT Malta, li jinsab fil-bini tad-Divizjoni tal-Kummerc gewwa Lascaris, jista’ jigi ikkuntattjat permezz ta’:-

• e-mail: solvit.malta@gov.mt
• fax: 21239891
• tel: 25690329/25690310
• websites: www.mcmp.gov.mt u www.europa.eu.int/solvit