Il-ministru Censu Galea jhabbar li l-Gvern se johrog is-sejha ta' tenders ghall-immanigjar tal-merkanzija

Date: 15/10/2004
Issued On: 15/10/2004

IL-MINISTRU CENSU GALEA JHABBAR LI L-GVERN SE JOHROG IS-SEJHA TA’ TENDERS GHALL-IMMANIGJAR TAL-MERKANZIJA


Fid-dawl tar-riforma fil-portijiet biex tigi assigurata efficjenza u kompetittivita’ akbar minn dawk li jipprovdu servizz f’dan is-settur, u biex jigi assigurat li l-industrija, il-haddiema u l-konsumaturi jibbenefikaw mit-tnehhija ta’ pizijiet zejda, minhabba tariffi mhux gustifikati, il-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni beda l-process fiziku biex tidhol fis-sehh din ir-riforma.

Din ir-riforma qeghda ssir min-naha tal-Gvern anki wara konsultazzjonijiet ma’ diversi korpi kostitwiti li jaghrfu l-htiega ta’ din ir-riforma u jindikaw li s-sitwazzjoni prezenti trid tinbidel.

Wahda mill-kumpaniji li topera fil-port, il-Cargo Handling Co. Ltd., qeghda topera taht ftehim mal-Awtorita’ Marittima ta’ Malta , liema ftehim jiskadi f’Lulju 2006. Il-Gvern hu kommess li s-servizzi li jinghataw, minbarra li jkunu efficjenti u b’tariffi li jirriflettu tassew ix-xoghol li jkun qieghed jigi pprovdut, jassigura li ma jkunx hemm waqfien fl-oghti ta’ servizzi sabiex jigu ssalvagwardjati l-interessi tal-industrija Maltija.

F’dan il-kontest, f’laqgha li saret illum bejn il-Ministru ghall-Kompetittivita u Komunikazzjoni Censu Galea, ic-Chairman tal-Awtorita’ Marittima ta’ Malta Dr. Marc Bonello, flimkien mas-Sur Salvu Sammut, is-Sur Tony Zarb u s-Sur Emmanuel Micallef, President, Segretarju Generali u Deputat Segretarju Generali tal-General Workers Union rispettivament, bhala shareholders unici tal-kumpanija Cargo Handling Co. Ltd., gie komunikat li l-Gvern se johrog sejha ghall-offerti ghall-provvista tal-immaniggjar tal-merkanzija fil-portijiet.

Prezenti wkoll ghal-laqgha kien hemm is-Sur Louis Cilia, Segretarju Permanenti fi hdan il-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, l-Assistent Direttur tal-Portijiet is-Sur Charles Abela u d-diretturi tal-kumpanija Cargo Handling Co. Ltd.

“Ma jistax ikun li nibqghu marbuta ma’ prattici ta’ xoghol li kienu jsiru ghoxrin jew tletin sena ilu, u fl-istess waqt noffru servizz b’tariffi li ma jirriflettux in-necessitajiet ta’ llum, u fl-istess waqt nippretendu li jkollna portijiet kompetittivi u nistennew li l-merkanija fil-portijiet taghna tizdied.” Hekk ikkummenta l-Ministru Censu Galea wara l-laqgha li kellu llum. “Jehtieg li naghrfu li s-servizzi portwali Maltin huma fost l-oghla fil-Mediterran u, jekk ma jkunx hemm il-kollaborazzjoni ta’ kulhadd, fosthom il-Cargo Handling Co. Ltd u l-General Workers Union , il-Gvern wahdu ma jistax ikun ikkritikat ghal dan in-nuqqas. Ilna niddiskutu din ir-riforma ghal zmien twil, u issa, fl-interess nazzjonali u mhux dak personali, wasal iz-zmien li tigi mplimentata.”

F’dan il-kontest kollu, l-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni appunta Steering Group sabiex imexxi in-negozjati mas-setturi varji tal-port biex tidhol fis-sehh din ir-riforma. L-isteering group, li jirrapporta direttament lill-Ministru ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, se jkun iffurmat hekk kif gej:

Co-Chairmen: Ic-Chairman tal-Awtorita’ Marittima ta’ Malta
Is-Segretarju Permanenti fi hdan il-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u
Komunikazzjoni
Membri: Ufficjal mill-Ministeru tal-Kompetittivita u Komunikazzjoni
Id-Direttur Ezekuttiv tal-Portijiet
Id-Deputat Direttur Ezekuttiv tal-Portijiet
Rapprezentant Legali
Rapprezenanti tal-operaturi portwali kif mehtieg

L-Isteering Group se jkun qieghed imexxi n-negozjati mas-setturi varji sabiex jikkonkludi ftehim gdid li ghandu bhala ghan principali li jirriforma u jirrevedi l-prattici u kundizzjonijiet ta’ xoghol prezenti, l-organizazzjonijiet, il-licenzji, it-tariffi, ir-regolamenti u provizjonijiet ohra legali rilevanti ghal operazzjonijiet fil-Port il-Kbir, Valletta .

Il-pjan ta’ hidma ta’ dan l-isteering group hu hekk kif gej:

· Jikkonkludi t-tender ghall-immaniggjar ta’ merkanzija biex issir sejha ghal
offerti godda
· Isir awditjar indipendenti tal-kumpanija Cargo Handling Co. Ltd
· Jahdem fuq strategija ekonomika u finanzjarja ghal mudell gdid ghall-Port
il-Kbir
· Jikkonkludi negozjati mal-port workers, mooring men u foremen
· Jikkonkludi negozjati ma’ operaturi ohra
· Jippubblika sett ta’ ligijiet/regolamenti godda ghall-operazzjonijiet fil-Port
il-Kbir

Il-process ta’ negozjati ghandu jintemm kmieni kemm jista’ jkun ghax il-Gvern hu kommess li jimplimenta parti kbira mit-tibdiliet necessarji fl-ewwel parti tas-sena d-diehla.